Internazzjonali

Is-sħana fl-Ewropa: Emerġenza ta’ nirien f’diversi pajjiżi

epa10067748 A wildfire burns forest in the surroundings of the village of Memoria, in the municipality of Leiria, in the center of Portugal, 12 July 2022. Four fires in the districts of Santarem and Leiria are mobilizing more than 1,100 workers, about 320 vehicles and 13 aircraft, according to the Civil Protection. EPA-EFE/PAULO CUNHA

Numru kbir ta’ residenti u turisti fi Franza kienu kostretti jaħarbu mill-ibliet u l-villaġġi fost it-theddida ta’ nirien kbar li qed ikunu xprunati mill-irwiefen u kundizzjonijiet ta’ nixfa.

Is-sitwazzjoni qed taffettwa wkoll numru ta’ pajjiżi madwar il-kontinent u meta l-impatt tal-global warming qed jinħass l-aktar għall-iskwadri li qed jikkumbattu n-nirien u taqsimiet oħra tas-sigurtà ċivili fl-Istati affettwati. Fl-aħħar jiem, ‘il fuq minn 10,000 kienu sfurzati li jitilqu mir-reġjun ta’ Gironde, lejn il-grigal ta’ Franza, waqt li għexieren ta’ nirien qegħdin jaqbdu wkoll fi Spanja u l-Portugall, fejn it-temperaturi sparaw ‘il fuq mill-40 gradi Celsius.

Sadanittant, madwar 300 mewta f’dawn iż-żewġ pajjiżi qed ikunu marbutin mal-mewġa tas-sħana li qed taħkem fil-kontinent – u fost rapporti li r-residenti spiċċaw evakwati mill-ibliet lejn il-punent ta’ Spanja.

L-Italja u l-Kroazja, din il-ġimgħa, irrappurtaw inċidenzi ta’ nirien qalb il-foresti. Dan meta l-irwiefen sħan li qed jiddominaw bħalissa komplew ikabbru s-sogru ta’ nirien inkontrollabbli f’ħames reġjuni tal-Greċja.

L-emerġenza qed tidher bħala kbira wkoll għal ħafna ċittadini fil-Greċja, fost in-nirien ġodda fuq il-gżira ta’ Kreta u fil-muniċipalità ta’ Attica.

U fl-aħħar sigħat, is-servizzi għall-emerġenzi fil-Greċja wissew b’urġenza biex in-nies jaħarbu mill-villeġġa ta’ Feriza Saronikos lejn artijiet eqreb tal-kosta.