Bejn l-20 u l-31 ta’ Lulju, fil-Kampus tal-Universita ta’ Malta se ssir it-tielet edizzjoni tal-APS Summer Festival. Festival li beda jsir hekk kif faqqgħet il-pandemija tal-COVID sabiex l-artisti seta’ jkollhom post fejn jesebixxu t-talenti tagħhom.
Matul dan il-festival il-Quadrangle tal-Universita se jinbidel f’avventura artistika bis-sehem ta’ uħud mill-aqwa talent lokali kif ukoll internazzjonali.
Taħt id-direzzjoni artistika ta’ Annalisa Schembri flimkien ma’ ċelebrazzjoni ta’ arti u l-maġija li se joffru l-artisti li se jieħdu sehem, il-pubbliku huwa assigurat li se jkollu iljieli b’differenza mill-isbaħ.
12-il ġurnata li matulhom se jieħdu sehem 20 artist li se joffru spettaklu mill-isbaħ għall-gosti ta’ kulħadd. Minn mużika live għaż-żfin, minn teatru mużikali għal attivitajiet speċifikament għat-tfal.
Dan il-festival se jkun qed joffru wkoll numru ta’ workshops lill-artisti kif ukoll l-opportunità lill-pubbliku inġenerali sabiex jagħmel dawn il-workshops flimkien mal-artisti nfushom.
Interessanti l-fatt li meta l-pubbliku jasal għal dan il-festival, issib jilqgħu installazzjoni artistika bl-isem ‘Breathless’ li tirrappreżenta t-tqaċċit tas-siġar li kien sar sabiex ikun imwettaq il-proġett tas-Central Link.
//= $special ?>