Senglea Athletic se jilagħbu fil-BOV Amateur League l-istagun li ġej wara li l-bieraħ il-bord eżekuttiv tal-MFA approva mozzjoni tal-amministrazzjoni tal-istess MFA li topponi l-argumentazzjoni ta’ Senglea li għandhom iżommu posthom fiċ-Challenge League.
Riżultat ta’ dan konferma li Vittoriosa Stars jibqgħu fiċ-Challenge League, kif deċiż mill-MFA wara li Pembroke Athleta talbu li jilagħbu fl-Amateur League minkejja li kienu promossi għall-Kampjonat Premier. Skont id-deċiżjoni tal-MFA, billi l-post vakanti kien wieħed biss, l-artiklu msemmi fl-appell ta’ Senglea Athletic ma japplikax b’deċiżjoni ta’ 12-il vot favur, xejn kontra, u 2 astensjonijiet.
//= $special ?>