Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, qiegħed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ f’inċident fuq il-post tax-xogħol. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar f’impjant fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel inqabad f’makkinarju li kien qed jaħdem bih x’aktarx bajla tal-konkos.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>