JP Projects se jkunu l-isponsors ta’ San Ġiljan Aquatic Sports Cub għas-sentejn wara li dan kien imħabbar waqt preżentazzjoni li saret u li għaliha attenda ċ-Chairman ta’ JP Projects Joseph Portelli, il-President ta’ San Ġiljan Peter Bonavia, is-Segretarju Micheal Fenech u uffiċjali oħrajn. Il-logo J Portelli Projects ser jidher fuq il-kit tat-tim, fil-binja tal-klabb kif ukoll fuq il-midja socjali.
F’diskors qasir, il-President Peter Bonavia qal li dan l-isponsor, minbarra t-tim tal-kbar, li fl-2020 rebaħ id-double, se jkun qed jagħti sostenn importanti lil youths kif ukoll iħajjar aktar nisa jipparteċipaw fi sport simili. Minn naħa tiegħu Joseph Portelli, qal li JP Projects ilhom jappoġjaw l-isport u qal li bħalissa l-kumpanija, minbarra fil-Waterpolo, tinsab impenjata kemm fil-Futbol kif ukoll fir-Regatta.
