Ivana Trump, li kienet l-ewwel mara tal-eks President Amerikan Donald Trump u l-omm ta’ tlieta fost uliedu, mietet fl-età ta’ 73 sena.
Dan meta l-pulizija fl-Istati Uniti temmen li l-kawża ta’ mewtha setgħet kienet aċċidentali, fost rapporti li Ivana Trump – eks atleta Olimpika – instabet mitlufa minn sensiha viċin it-taraġ tar-residenza tagħha fil-belt ta’ New York. Intant, mhux qed ikun eskluż li hi setgħet waqgħet it-taraġ fost il-konsegenzi fatali.
Ivana Trump, li twieldet fiċ-Ċekosolvakkja l-antika ( u fil-parti tal-pajjiż illum magħrufa bħala r-Repubblika Ċeka) kienet iżżewwġet lil Donald Trump fl-1977 b’din il-koppja tiddivorzja fl-1992.
Donald Trump fl-aħħar sigħat bagħat messaġġ fuq il-media soċjali fejn sellem lil Ivana bħala mara straordinrja li spirat lil ħafna nies f’ħajjitha. It-tlett itfal ta’ Donald u Ivana Trump jisimhom Donald Junior, Ivanka u Eric.
Donald u Ivana Trump kienu personalitajiet pubbliċi notevoli fi NewYork matul is-snin tmenin u d-disgħinijiet u d-divorzju tagħhom kien suġġett għal interess pubbliku intensiv. Wara li hi sseparat minn ma’ Donald Trump, Ivana introduċiet il-prodotti tas-sbuħija taħt isimha waqt li ħarġet ukoll fis-suq diversi brands tal-ħwejjeġ u ġojjellerija.
//= $special ?>

