Futbol Sport

Tintemm l-avventura ta’ Floriana fl-Europa Conference League

B’aggregate ta’ 1-0 Floriana sfaw eliminati mill-Uefa Conference League wara telfa ta’ 1-0 kontra Petrocub mill-Moldova fi Stadion Hincesti Petrocub . Mid-draw ta’ 0–0 ġimgħa ilu fis-Centenary Stadium, il-goal li ddeċieda l-partita wasal fis-26 minuta tal-ewwel taqsima. Minn azzjoni ta’ Constantin Sandu kien Iaser Turcan li għeleb lil Georgi Kitanov, riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita bi Floriana b’hekk eliminati mill-kompetizzjoni.