It-tnax-il stadju tat-Tour de France kien fuq medda ta’ 165 kilometri minn Briancon sa Alpe d’Huez. Suċċess għall-Britanniku Tom Pidock ta’ Ineos Grenadiers li temm f’4 sigħat 55 minuta u 24 sekond b’distakk notevoli ta’ 48 sekonda fuq Louis Meintjes tal-Afrika t’Isfel għal Intermarche’ Wanty Govert Materiaux . Il-Britanniku Chris Froome ta’ Israel Premier Tech daħal 2 minuti u 6 sekondi wara Pidock.
Fir-raba’ u l-ħames post daħlu rispettivament Neilson Powless tal-Istati Uniti għal EF Education EasyPost u Tadej Pogacar tas-Slovenja għal Team Emirates. Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post jibqa’ Jonas Vingegaard ta’ Jumbo Visma b’total ta’ 46 siegħa 28 minuta 46 sekonda fejn fetaħ vantaġġ ta’ 2 minuti u 22 sekonda fuq Tadej Pogacar filwaqt li fit-tielet post hemm Gerain Thomas b’distakk ta’ 2 minuti 26 sekonda b’ Romain Bardet ta’ Team DSM u Adam Yates ta’ Ineos Grenadiers fil-posizzjonijiet ta’ wara. L-istadju li jmiss huwa bejn Le Bourg d’Oisans sa Saint Etienne.
//= $special ?>