L-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele u l-midfielder tat-tim tan-nisa ta’ Swieqi Dorianne Theuma rebħu l-akbar unuri fuq livell personali fil-futbol lokali meta lbieraħ waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA ingħataw l-unur tal-Plejer tas-Sena għall-istaġun 2021/22.
Degabriele, li għandu 25 sena l-istaġun li għadda kien bla dubju wieħed mill-pleyers importanti għaċ-Champions Hibernians hekk kif minbarra l-prestazzjonijiet mill-aqwa li kien qed ikollu, irnexxielu jsib ix-xibka 14-il darba. Għal dan l-unur jivvotaw il-kowċ, captain u uffiċjal minn kull klabb li kkompeta fil-Kampjonat Premier l-istaġun li għadda. Is-sena li għaddiet dan l-unur intrebaħ minn Matthew Guilaumier ta’ Ħamrun Spartans.
Minn naħa l-oħra Dorianne Theuma ta’ Swieqi United, li hija l-unika plejer li laħqet il-100 logħba mat-tim Nazzjonali femminili, kellha staġun tajjeb ħafna ma’ Swieqi li spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika u waslu sal-finali tan-Knock Out.
Stefano Sanderra, eks coach ta’ Hibernians rebaħ l-unur tal-Kowċ tas-Sena filwaqt li Adam Magri Overend ta’ Floriana ingħata l-unur taż-Żagħżugħ tas-Sena. L-aqwa skorer tal-kampjonat l-istaġun li għadda kien Maxuell Maia ta’ Gżira united.
L-unuri kollha li ngħataw kienu dawn:
Plejer tas-Sena: Jurgen Degabriele (Hibernians)
Plejer tas-Sena Femminili: Dorianne Theuma (Swieqi United)
Kowċ tas-Sena: Stefano Sanderra (Hibernians)
Żagħżugħ tas-Sena: Adam Magri Overend (Floriana)
L-Aqwa PLejer Barrani: Maxuell Maia (Gżira United)
L-Aqwa Plejer tal-BOV Challenge: James Scicluna (Pietà Hotspurs)
L-Aqwa Plejer tan-National Amateur League: Nicholas Schembri (Attard)
L-Aqwa Plejer tal-Youth League: Shaizen Attard (Ħamrun Spartans)
L-Aqwa Plejer ta’ taħt l-20 sena femminili: Veronique Mifsud (Birkirkara)
Plejer tas-Sena tal-Futsal: Mark Zammit (Luxol St Andrews Futsal)
L-Aqwa Skorer tal-Kampjonat BOV Premier: Maxuell Maia (Gzira United)
L-Aqwa Skorer tal-Kampjonat BOV Challenge League: Lydon Micallef (Lija Athletic)
L-aqwa Skorer tal-Kampjonat National Amateur League: Nicholas Schembri (Attard)
L-Aqwa Skorer tal-Kampjonat tan-Nisa: Francesca Chircop (Mgarr United)
Fair Play Award: Balzan FC
//= $special ?>