Sport Sport Ieħor

Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm: Rekord Nazzjonali minn Dylan Cachia

Fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, il-Ħamis wara nofsinhar bdew il-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm imtella’ mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.

Il-Kampjonati se jkunu mifruxa fuq perjodu ta’ erbat ijiem li jintemmu il-Ħadd filgħaxija. L-ewwel jum rat 24 avveniment iseħħu.

Wara t-tmiem tal-kompetizzjoni għal nhar il-Ħamis, ġie stabbilit Rekord Nazzjonali fl-avveniment tal-200m backstroke minn Dylan Cachia.

Cachia għamel ħin ta’ 2:08.35, fejn  għeleb ir-rekord preċedenti stabbilit fl-2019 minn Thomas Wareing b’.6 ta’ sekonda.