Aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq ir-raġel li nstab mejjet f’għalqa f’Birżebbuġa l-Ħamis filgħaxija. Mill-awtopsja rrżulta li ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni u l-mewta ma tidhirx li hija waħda suspettuża.
Madankollu, minħabba li l-kadavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, il-vittma għadu ma ġiex identifikat.
Għalhekk l-analiżi forensiċi għadhom għaddejjin fejn l-investigaturi qegħdin jistennew ir-riżultat tat-testijiet tad-DNA biex tkun ikkonfermata l-identità tal-vittma. Dawn mistennija joħorġu fil-jiem illi ġejjin.
Il-katavru tar-raġel tneħħa mill-post f’operazzjoni li ġiet deskritta bħala wahda delikata immens.
U l-investigaturi ħadu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex kemm jista’ jkun jippreservaw kull traċċa li tista’ titfa’ dawl fuq dan il-każ.