Internazzjonali

L-awtopsja turi li żagħżugħ inqatel mill-Pulizija ta’ Ohio permezz ta’ 46 tir

Justice Department signage is seen beyond a sign during a vigil and rally outside of the Department of Justice on July 8, 2022 for Jayland Walker, the Black man that was shot more than 60 times by police in Akron, Ohio on June 27. (Photo by Bryan Olin Dozier/NurPhoto)NO USE FRANCE

Rapport t’awtopsja li sar fl-aħħar sigħat ikkonferma li ż-żagħżugħ ta’ 25 sena, Jayland Walker inqatel mill-Pulizija ta’ Ohio permezz ta’ 46 tir.

Il-każ seħħ fis-27 ta’ Ġunju li għadda f’Akron meta Walker kien qed jaħrab mill-Pulizija bil-karozza li kien qed isuq. F’punt minnhom, Walker ħareġ mill-karozza u beda jiġri ‘l bogħod mill-Pulizija, iżda kien hemmhekk fejn tmien uffiċjali tal- pulizija fetħu n-nar fuqu, minkejja li ż-żagħżugħ ma kienx armat.

Mill-awtopsja ħareġ kif Walker sofra feriti f’qalbu, il-pulmun u l-arterji, fost l-oħrajn.

Il-Pulizija waqfu lil Walker minħabba numru ta’ ksur ta’ liġi fit-triq, li qed ikunu meqjusa bħala xejn gravi. Mhux magħruf għalfejn iż-żagħżugħ ħarab mill-Pulizija. Madanakollu, l-awtoritajiet saħqu li Walker spara tir wieħed waqt li l-Pulizija kienu qed isuqu warajh biex jipprovaw iwaqqfuh.