Rowdy,qattusa ta’ erba’ snin, inqabdet wara li għamlet tlett ġimgħat iddur u tgħaqad u taħrab lill-ħaddiema tal-ajruport ta’ Boston.
Il-qattusa imqarba irnexxielha tiżgiċċa mill-gaġġa tagħha hekk kif hu u l-familja li trabbiha illandjaw f’Logan Airport meta Rowdy rat xi għasafar u ppruvat tmur taqbadhom.
Il-familja ta’ Rowdy kienu jibgħatu t-treats favoriti tagħha biex jippruvaw iħajru lill-qattusa toħroġ minn fejn kienet mistoħbija.
Huma saħansitra rrikordjaw messaġġi u għaddewhom lill-ħaddiema ta’ Logan airport biex isemmgħuhom lil Rowdy.
Iżda l-qattusa ta’ erba’ snin ħarġet biss meta riedet hi.
“Ma nafux jekk hux minħabba għejja jew ġuħ, imma dalgħodu fl-aħħar ħallietna naqbduha”, qal kelliem għall-ajruport.
Il-qattusa, li hija sewda u b’għajnejha ħodor ġiet eżaminata minn veterinarju, fejn instabet li kient f’saħħitha, u issa reġgħet ingħaqdet mas-sidien tagħha.
//= $special ?>