Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ fuq il-blat fl-Imġarr

Raġel ta’ 66 sena residenti Tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fil-Bajja tal-Qarraba, l-Imġarr.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-11.15am tal-Ħadd meta l-anzjan kien miexi fuq il-blat u waqa’.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku assistew lil vittma li ttieħed l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.