Raġel min-Nepal ta’ 38 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fl-istess lokalità.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am tal-Ħadd fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn il-mutur, misjuq mill-vittma, u karozza li allegatament telqet minn fuq il-post tal-inċident.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>