Fl-aħħar sigħat komplew jonqsu l-każijiet attivi tal-Covid-19, bil-każijiet issa jammontaw għal 6,311.
Bejn is-Sibt u l-Ħadd instabu 224 każ ġdid, filwaqt li fiequ 498 persuna.
Fl-aħħar 24 siegħa ma miet bil-Covid-19, bl-ammont ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 772.
Għalkemm kellna l-aħħar jumejn bi tnaqqis drastiku meta nħarsu lejn każijiet ġodda, fl-aħħar 7 t’ijiem kellna 16-il mewta b’rabta mal-pandemija.
Ammont ta’ pazjenti rikoverati l-Isptar mhumiex disponibbli għall-pubbliku iżda fl-aħħar jiem, infermiera kkonfermaw ma’ dan l-istazzjoni li qed jesperjenzaw żieda qawwija ta’ pazjenti rikoverati l-Isptar kawża tal-Covid.
Tant hu hekk, li operazzjonijiet li mhumiex daqshekk t’urġenza qed jiġu mħassra sabiex ilaħħqu maż-żieda tal-pazjenti pożittivi għall-Covid.
Infermiera li tkellmu magħna qalulna li s-sitwazzjoni ta’ n-nuqqas ta’ infermiera mhux tgħin is-sitwazzjoni, bil-piżijiet fuq dan is-settur ikomplu jiżdiedu, filwaqt li l-ħaddiema jibqgħu ftit.
//= $special ?>