Mara ta’ 51 sena li toqgħod San Pawl il-Baħar weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn mutur f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tat-2.45pm fi Triq Burmarrad.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-mutur li laqat lill-mara kien qed jinstaq minn raġel ta’ 31 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ.
Iż-żewġ persuni nagħtaw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufier tal-mutur weġġa’ ħafif.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>