AĠĠORNATA: Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema

Tork ta’ 40 sena li joqgħod Tas-Sliema tilef ħajtu wara li waqa’ waqt li kien qed jaqbeż fil-baħar f’bajja li tinsab fl-akkwati ta’ Tigné.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm.

F’ħidma delikata li saret mill-Protezzjoni Ċivili waslet biex ir-raġel jittella’ minn fuq il-blat u jiddaħħal permezz ta’ lanċa tas-salvataġġ max-xatt ta’ Tas-Sliema.

Fuq il-post waslet ukoll ambulanza biex tassisti lill-vittma fejn hekk kif wasal max-xatt ittella’ fiha u ttieħed l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin