Franċiż ta’ 21 sena ttieħet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident bil-jet ski fil-bajja tal-Mixquqa, magħrufa wkoll bħalha Golden Bay, f’Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 tal-Ħadd filgħodu.
Kaġun ta’ dan l-inċident huwa qiegħed isofri ġrieħi ħfief.
Persuni li kienu fuq il-post qalu lil Net News li l-jet ski baqa’ dieħel f’dgħajsa li kienet wieqfa.
Immedjatament fuq il-post waslu membri tal-Forzi Armati ta’ Malta biex ir-raġel ikun jista’ jittella’ mill-baħar u jiddaħħal fuq il-bajja. Waslet ukoll ambulanza li assistiet lill-vittma fejn ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>