Tibqa’ tippersisti l-mewġa ta’ sħana qawwija, bir-Renju Unit illum qed tistenna dik li esperti meterjoloġiċi qed ibassru li se jjkun l-aktar jum sħun qatt irreġistrat, bit-termometru jaf jimmarka sa 41 grad celsius.
L-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż qegħdin kontinwament iwissu lill-pubbliku biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha li jistgħu biex jikkumbattu l-effetti tas-sħana.
Intant aktar pajjiżi fil-kontinent qed iħallsu qares għal din is-sħana fenomenali.
Franza evakwat mas-16,000 persuna li kienu meqjusa f’riskju minn nirien kbar li ħakmu zoni qrib tagħhom.
Spanja, il-Kroazja u l-Greċja qed jissieltu ma sitwazzjonijiet simili.
3,200 persuna ħarbu mill-għoljiet ta’ Mijas fin-nofsinhar ta’ Spanja minħabba n-nirien, b’uħud irnexxielhom jirritornaw f’darhom ftit tal-ħin wara.
Għadhom taħt kontroll in-nirien fil-Porutgall, iżda f’Malaga mijiet ħarbu b’ta fuqhom senduqhom b’xhieda jiddeskrivu xeni kaotiċi b’ħafna ambulanzi u inġenji tat-tifi tan-nar fil-madwar.
Mill-Marokk, fil-punent tal-Ewropa, sa Kreta fil-lvant, huma bosta l-pajjiżi tal-kontinent li qed jaraw nirien kbar l-aktar f’zoni afforestati jew b’ħafna veġetazzjoni.
Bħar-Renju Unit, Franza wkoll qed tistenna aktar temperaturi għoljin fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, bil-Portugall diġà rreġistra 47 grad celsius fil-jiem li għaddew.
//= $special ?>