Intervent minn Bouncers ta’ l-stabbiliment Gianpula li jinsab fil-limiti tar-Rabat wassal biex Indjan ta’ 26 sena, li huwa stiudent u li jgħix Birkirkara jiġi arrestat u jitressaq il-Qorti mixli bi traffikar ta’ diversi tipi ta’ droga. Allegatament il-bouncers nnutaw lil Nishit Rakeshkumar Bhatt ibiegħ id-droga fis-17 ta’ Lulju li għadda matul il-lejl u dawn infurmaw lill-Pulizija dwar dan.
Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella l-Prosekiuzzjoni qalet li fil-lejl tal-weekend li għadda huma marru fl-istabbiliment u wara tfittxija li għamlu fuq l-Indjan instabu diversi sustanzi ta’ droga fosthom pilloli blue u trab abjad. Fuq il-persuna tiegħu nsabu wkoll 405 ewro fi flus kontanti.
Tfittxija fir-residenza tiegħu wasslet biex instabet aktar droga u oġġetti relatati mad-droga, Fil-friex tas-sodda instabu 1,400 ewro fi flus kontanti f’enevlope, mwieżen, pillolil sofor, boroż fejn tinżamm id-droga, kokaina u oġġetti oħra relatati. Il-Prosekuzzjoni qalet li Bhatt ammetta li d-droga kienet tiegħu u li sħabu li jgħixu miegħu m’għandhom x’jaqsmu xejn mad-droga li nsabet.
L-Indjan, li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ 9,000 ewro. Huwa kien ordnat ukoll jiffirma l-Għassa ta’ Birkirkara kuljum. L-akkużat jaħdem ma’ kumpanija li tqassam l-ikel fid-dar.
Bhatt qed jiffaċċa xejn anqas minn 15-il akkuża relatati ma’ traffikar u pusses ta’ droga li jinkludu ectacy, MDMA, 2C-B, kokaina, Ketamine u sustanza ġdida bl-isem ta’ Psilocybine. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Clayton Camilleri filwaqt li għal Indjan deher l-Avukat Noel Bianco.
//= $special ?>