Fl-aħħar sigħat mietet persuna oħra bil-Covid-19 f’pajjiżna, biex b’hekk it-total ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija s’issa tela’ għal 773.
U fl-aħħar 24 siegħa nstabu 182 każ ġdid minn 1,837 swab tests li saru. Dan l-ammont ma jgħoddx is-self tests li saru fid-djar hekk kif diversi persuni mhux jirraportaw lill-Awtoritajiet tas-Saħħa li qed ikunu pożittivi.
Intant, fiequ wkoll 487 persuna, bit-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 6,006.
//= $special ?>