Wara xhur ta’ inċertezza dwar id-destinazzjoni li jmiss tal-eks attakkant ta’ Juventus Paolo Dybala, issa huwa iminenti li l-Arġentin jibqa’ jilgħab fis-Serie A wara li laħaq ftehim ma’ AS Roma.
Rapporti fl-Italja dagħlodu kkonfermaw li Dybala jinsab fi triqtu lejn Ruma sabiex jiffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-Giallorossi b’salarju ta’ madwar €6 miljun fis-sena. L-istess rapporti qed jgħaidu li l-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho lagħab parti importanti u kienet telefonata mingħandu li kkonvinċiet lil Dybala jagħżel lil Roma wara li spjagal l-irwol li se jkollu fil-proġett tal-klabb. Wara interess minn Inter u Milan, fl-aħħar jiem kienu qed jissemmew ukoll Napoli fit-taqtiegħa tal-attakkant ta’ 28 sena.