Wara nuqqas ta’ sentejn, pajjiżna se jerġa’ jilqa’ l-ispettaklu tal-Isle of MTV fejn nurmu ta’ DJs u kantanti mistennija jdoqqu u jkantaw nhar it-Tlieta li ġej fuq il-Fosos tal-Furjana.
L-ikbar stennija hi bla dubju għall-artisti internazzjonali Marshmello u French Montana. Ma’ dawn, se jkunu qed jingħaqdu fuq il-palk bbno$, Mae Muller u l-artist Malti ta’ fama internazzjonali Shaun Farrugia.
Din is-sena se tkun l-14-il edizzjoni li dan il-kunċert se jsir f’pajjiżna, bl-aħħar snin ġabu l-miljuni ta’ turisti f’pajjiżna biex igawdu dan l-ispettaklu minn diversi artisti internazzjonali… fosthom Lady Gaga, Snoop Dogg, Maroon 5, One Republic u Martin Garrix.
Bhal kull sena, din se tkun ġimgħa mzewa bil-mużika..ġimgħa li se tkun qed tiftaħ permezz tal-kunċert fuq il-Fosos sabiex fil-ġranet ta’ wara jkun hemm nurmu ta’ club nights u parties f’postijiet varji madwar pajjiżna.