Futbol Sport

Iċ-champions Hibernians kontra Valletta fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier

(Ritratt: Trevor Sollars)

Aktar kmieni fl-Istadium Nazzjonali, ittellgħu il-poloz tal-Kampjonat Premier fejn sar magħruf l-14-il klabb lil min se jkunu qed jaffrontaw fl-ewwel partiti tal-istaġun 2022/23.

Iċ-champions renjanti Hibernians se jibdew jiddefendu t-titlu kontra Valletta f’dik li tidher li tista tkun l-aktar logħba interessanti mill-ewwel ġurnata tal-Kampjonat. Hibernians fit-tieni partita se jaffaċċjaw lil Ħamrun Spartans li wara l-prestazzjoni fl-Ewropa l-ġimgħa li għaddiet jidher li se jkunu sfidanti denji tal-Pawlisti għar-rebħ tat-titlu.

L-Ispartans se jkunu qed jilagħbu kontra n-neo promossi Marsaxlokk filwaqt li Floriana jiftħu l-impenji tagħhom kontra tim ieħor promoss miċ-Challenge League, Pietà Hotspurs.

Il-programm kollhu tal-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier huwa dan:

Birkirkara vs Sirens
Balzan vs Żebbug Rangers
Floriana vs Pietà Hotspurs Gżira United vs Santa Lucia
Valletta vs Hibernians
Mosta FC vs Gudja United
Ħamrun Spartans vs Marsaxlokk