Lokali

Ikomplu l-appelli biex tinstab iż-żagħżugħa ta’ 17-il sena

Il-Pulizija qed tkompli bl-appelli tagħha sabiex tinstab it-tifla ta’ 17-il sena, Doaa Kasem.

Hi kienet ġiet irraportata nieqsa fis-16 ta’ Ġunju li għadda, jiġifieri iktar minn xahar ilu. Doaa dehret l-aħħar fl-inħawi ta’ Santa Venera.

Il-Pulizija terġa’ tfakkar biex kull min għandu xi informazzjoni, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 2122 4001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.