Knisja Lokali

Jinsterqu flus minn kaxxa tal-offerti fil-Bażilika Tal-Karmnu l-Belt

Wara l-weekend tal-festa, il-Bażilika Tal-Karmnu fil-Belt Valletta spiċċat fil-mira ta’ ħalliel jew ħallelin illi daħlu jisirqu dan it-tempju Marjan fil-kapitali.

Fil-fatt, kien kmieni dalgħodu meta s-Sagristan irrapporta li kienu daħlu fil-Knisja.

Jidher li l-ħallelin serqu flus li kienu fil-kaxxa tal-offerti, iżda oġġetti oħra ma intmessewx.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.