Net Television reġa rebaħ id-drittijiet li jxandar iż-żewġ partiti ta’ Ħamrun Spartans fl-Europa Conference League ….din id-darba kontra Velez Mostar; loghba għat-tim Malti mit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni.
Fl-ewwel leg kontra Alashkert tal-Armenja l-udjenzi li raw il-partita fuq dan l-istazzjon laħqu it-30,000 persuna, biex mbgħad fit-tieni leg dan in-numru kiber għal 40,000 – b’dawk li ma’ setgħux ikunu fl-istadium setgħu jaraw lil Ħamrun iwetqu rimonta u jikkwalifikaw b’aggregate ta’ 4-2.
L-ewwel leg tal-partita Ħamrun Spartans kontra Velez Mostar tal-Bożnija ser jintlagħab nhar il-Ħamis li ġej fit-8:30 ta’ filgħaxija f’Sarajevo, filwaqt li fil-partita ta’ ritorn Ħamrun Spartans jilqgħu lil Velez Mostar fis-Centenary Stadium, il-Ħamis 28 ta’ Lulju fit-8 ta filgħaxija.
Iż-żewġ logħbiet se jkunu qed jintwerew esklussivament fuq Net Television f’xandira diretta.
//= $special ?>