Lokali

Owen Bonnici jfarfarha fuq l-Awtorità tax-Xandir

“L-istat irid jassigura li jipprovdi lill-pubbliku b’informazzjoni imparzjali, preċiża u firxa ta’ opinjoni li jirriflettu d-diversità tal-fehmiet politiċi f’pajjiżna”

Dan intqal mill-Imħallef Grazio Mercieca li kien qed jippresiedi l-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża li l-Partit Nazzjonalista fetaħ, u rebaħ, kontra l-PBS u l-Awtorità tax-Xandir.

F’din il-kawża, il-Gvern kien ikkundannat għall-partiġjaniżmu sfaċċat.

Inevitabbilment, Net News kellu jistaqsi lill-Ministru responsabbli mix-Xandir Nazzjonali, Owen Bonnici, dwar x’se jkun qed jagħmel il-Gvern fid-dawl ta’ din id-decizjoni…wara snin ta’ appelli favur servizz imparzjali mill-PBS.

Minkejja dan…Bonnici qal li dejjem ħadem sabiex is-servizz ikun wieħed ġust,  oġġettiv, u indipendenti.

Net News staqsa lill-Ministru Bonnici kif se jkun qiegħed jagħmel dan; anke għall-fatt li sa ftit tal-ġimgħat ilu waqt intervista li saritlu mill-Professur Andrew Azzopardi fuq stazzjon tar-radju lokali, huwa ddefenda l-aġir tal-PBS.

Iżda din id-darba Owen Bonnici farfarha fuq l-Awtorita tax-Xandir.

Dan kollu minkejja li l-Gvern huwa unikament responsabbli li jħares li x-Xandir Pubbliku biex jagħti s-servizz li huwa mistenni minnu…bil-liġi.