Lokali

Sewwieqa ta’ karozza isofri ġrieħi gravi

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu, mara sofriet ġrieħi gravi f’inċident li seħħ bejn żewġ karozzi fi Triq il-Mellieħa, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Peugeot Expert, misjuq minn mara ta’ 33 sena residenti r-Rabat Għawdex, u Opel Corsa, misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara ta’ 35 sena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.