Sport Sport Ieħor

Shelly-Ann Pryce tirbaħ it-titlu tal-100 metru għall-ħames darba fil-karriera

Shelly-Ann Pryce rebħet it-titlu tal-100 metru għall-ħames darba fil-karriera tagħha fil-World Athletics Championships. Hi saret l-ewwel atleta li rebħet ħames midalji tad-deheb fil-World Athletics Championships.

Fraser Pryce rnexxielha ttemm it-tellieqa f’10.67 sekondi biex daħlet qabel Shericka Jackson u Elaina Thompson Herah, li rebħu l-midalja tal-fidda u tal-bronż rispettivament. Intant, fl-istess avveniment il-Brittanika Dina Asher Smith laqħet ir-rekord Brittaniku dak ta’ 10.83 sekondi f’Eugene, Oregon, fl-Istati Uniti.

B’hekk il-Ġamajka sar l-ewwel pajjiż li rebaħ il-midalji tad-deheb, tal-fidda u tal-Bronż fl-istess avveniment tan-nisa fil-World Athletic Championships. Dan wara li aktar kmieni il-Ħadd, l-Istati Uniti wkoll rnexxielhom jiksbu dan is-suċċess fil-finali tal-100 metru tal-irġiel.