Lokali

Tinġabar is-somma ta’ €687,000 waqt il-maratona Oħloq Tbissima

Il-Ħadd filgħaxija reġgħet spikkat il-qalb tad-deheb tal-Maltin u Għawdxin li għal darb’oħra, meta ġew mitluba jagħtu l-għajnuna tagħhom ma qagħdux lura. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa nġabret is-somma sabiħa ta’ €687,000 waqt il-maratona Oħloq Tbissima.

Il-fondi li inġabru waqt din il-maratona li ilha ssir għal dawn l-aħħar għoxrin sena, ser imorru għal missjonijiet li l-MSSP ghandha fil-Peru, fil-Pakistan u l-Filippini u f’Malta stess – ġewwa Dar San Ġużepp f’Santa Venera, fejn fost oħrajn, hu maħsub li jinbena hub ġdid għat-tfal Maltin, li se jagħtihom esperjenza unika.

Din il-maratona li bdiet nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju u ntemgħet il-Ħadd 17 ta’ Lulju, xxandret b’mod dirett anke fuq Net Television.