Sparatura fatali oħra fl-Istati Uniti tħalli tliet persuni mejta u tal-anqas tnejn oħra midruba.
L-isparatura seħħet fl-aħħar sigħat f’ċentru kummerċjali f’Indiana u jidher li l-aggressur kien żagħżugħ ta’ 22 sena li nqatel minn persuna oħra li kienet qrib l-attakk u li wkoll kienet armata.
Ir-raġel daħal f’food court fiċ-ċentru kummerċjali Greenwood Park Mall u fetaħ in-nar fuq dawk preżenti.
Hu kien armat f’rifle.
Fost il-midruba hemm tifla ta’ 12-il sena.
Indiana hija fost l-aktar stati b’regoli laxki fejn jidħlu armi tan-nar fl-Istati Unit, u dax-xahar stess tneħħa l-obbligu legali li wieħed ikollu permess speċjali biex iġorr arma tan-nar anke jekk din tkun moħbija.
Kelliem għall-Pulizija f’Indianapolis esprima d-diżgust tiegħu għal dan l-attakk – l-aktar wieħed riċenti minn sensiela ta’ sparaturi fl-Amerka fl-aħħar jiem fosthom l-attakk fuq l-iskola t’Uvalde f’Texas, u dak fuq il-parata f’jum l-Indipendenza f’Chicago.
//= $special ?>