Lokali

Clayton Bartolo jgħid li tar-ristoranti għandhom jagħtu value for money

Dwar il-mużika fil-Belt jgħid li ntlaħaq “bilanċ” mal-Beltin

Hekk kif l-ekonomiji dinjija qed jirkupraw mid-daqqa tal-pandemija kif ukoll qed jiprovaw isibu kull soluzzjoni possibli fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna… li issa waslet biex tidħol fil-5 xahar tagħha…. bosta huma l-familji li qed jaraw il-prezzijiet jgħolew meta jmorru jagħmlu x-xirja tagħhom.

Biż-żieda fl-affarijiet tal-ħasil u tal-merċa li donnha għadha ma sabitx il-limitu tagħha….sintendi din iż-żieda mhux biss qed taffettwa lill-ħaddiem Malti u Għawdxi, iżda ankè lis-sid….partikolarment tar-ristoranti – li sfortunatament qed jiġu sfurzati jżidu l-prezzijiet biex ifendu.

Dwar dan kollu Net News staqsa lill-Ministru Clayton Bartolo li saħaq li jekk hemm bżonn il-prezzijiet jgħolew…iżda l-importanti li l-klijenti jingħataw value for money.

Net News staqsa wkoll lil Clayton Bartolo dwar l-Avviż Legali introdott mill-Gvern, jiġifieri dik li l-mużika fil-Belt Valletta tkompli tindaqq sa wara l-ħdax ta’ filgħaxija…minkejja l-appelli numerużi ta’ diversi residenti.

Staqsejna wkoll lill-Ministru Bartolo kif se tkun infurzata din il-liġi u xi jrid jgħid biha mużika moderata – bil-Ministru jgħid li dan ifisser li ma tkunx eċċessiva u li tkun tista’ tingħad kelma bejn tnejn.

Huwa insista li ntlaħaq bilanċ mal-Beltin….u ankè tkellem mal-istakeholders.

Dan minkejja l-appelli kontinwi mhux biss mir-residenti tal-Belt, iżda saħansitra mill-MDA u l-MHRA…li tali avviż legali se jkun qiegħed itappan il-karatteristika tal-kapitali…bir-riskju li tispiċċa Paceville ieħor.