Hibernians: I. Kone, Z. Grech, G. Bravo, R. Soares, F. Apap, D. Vella, J. Grech (A. Attard 77′), A. Diakite, G. Izquier, J. Degabriele (G. Mensah 90′), T. Groothusen (Y. Muritala 77′)
FCI Levadia: K. Vallner, R. Peetson (I. Antonov 77′), M. Ugge, M. Mitrovic, A. Pikk, M. Putincanin, B. Lepisty, E. Agyiri, Z. Beglarishvili (M. Velijev 77′), M. Roosnupp, Liliu (R. Kriss 53′)
Referee: V. Chinkov
Vantaġġ minimu għal Hibernians fl-ewwel leg tat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League wara li rnexxielhom jgħelbu bl-iskor ta’ 3-2 lil Levadia Tallin tal-Estonja. Rebħa li bi ftit attenzjoni setgħet tkun waħda aktar komda għal Hibernians li ddominaw l-ewwel taqsima fejn fetħu vantaġġ doppju.
Hibs fetħu l-iskor fis-17-il minuta 1-0 permezz ta’ Ferdinando Apap b’daqqa ta’ ras minn kross ta’ Dunstan Vella. Fl-24 minuta l-iskor sar 2 – 0 meta minn azzjoni ta’ Terence Groothusen kien Jurgen Degabriele li għeleb lil Karl Andre’ Vallner. Fit-tieni taqsima b’ Levadia aktar fil-partita fis-87 minuta minn azzjoni ta’ Ernest Agyiri kien Maximiliano Achille Ugge li għeleb lil Ibrahim Kone għat- 2-1. Reazzjoni immedjata minn Hibernians li tlett minuti wara irnexxielhom jerġgħu jieħdu vantaġġ ta’ żewġ gowls wara li s-sostitut Muritala għeleb lil Vallner għat 3-1. Fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud kien Ernest Agyiri li minn pass ta’ Mark Oliver Roosnupp mill-ġdid għeleb lil Kone għat-3-2.
Riżultat li jħalli kollox inċert għat-tieni leg fl-Estonja fit- 28 ta’ Lulju.
//= $special ?>