Il-Fire Brigade ta’ Londra ddikjara inċident ta’ emerġenza partikulari wara li numru ta’ nirien qabdu f’diversi zoni u fil-madwar tal-kapitali.
Dan meta r-Renju Unit jinsab għaddej mill-akbar mewġa ta’ sħana fl-istorja moderna tal-pajjiż u fejn kienu reġistrati temperaturi ta’ 40.2 gradi Celsius fiz-zona ta’ Heathrow, f’Londra.
Ir-rekord issupera dak preċedenti li kien twaqqaf f’Cambridge, f’Lulju tal-2019.
It-temperaturi fir-Renju Unit, illum, kapaċi jilħqu u anki jaqbżu t-42 gradi Celsius — bis-sitwazzjoni qed tħalli implikazzjonijiet serji għas-saħħa tan-nies.
Is-sħana tremenda fir-Renju Unit wasslet ukoll biex in-Network Rail (tal-ferrovijii) joħroġ twissijiet biex in-nies ma jivvjaġġawx f’diversi bnadi tar-Renju Unit.
Intant, numru ta’ djar fil-periferiji ta’ Londra ġarrbu l-ħsarat, bl-iskwadri għall-emerġenza qed jippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Fl-aħħar ħinijiet, ‘il fuq minn 250 firefighter kienu qed jikkumbattu tliet nirien magħrufin bħala grass fires f’Londra. Għexieren ta’ firefighters, bħalissa, qed jikkonfrontaw kundizzjoniijiet diffiċli f’Upminster, lejn il-lvant ta’ Londra u f’ħin meta qed ibewwġu d-dħaħen kbar fl-inħawi tal-M25; waħda mit-toroq prinċipali fil-kapitali.
Hemm ukoll mal-100 firefigher fuq is-siti ta’ nirien ġodda li qabdu qalb il-foresta ( woodlands) ta’ Croydon, lejn in-naħa t’isfel ta’ Londra
//= $special ?>