Minn musicals għal moda… minn skultura għall-ikel.
Din hija biss togħma żghira ta’ x’se jkun qed jistenna l-pubbliku Malti minn bosta avvenimenti li qed ikunu organizzati fil-Belt Valletta.
Minn issa sal-aħħar tas-sena qed ikun organizzat programm ta’ sitt xhur li jikkonsisti f’kalendarju ta’ attivijtajiet kulturali madwar il-Belt Valletta kollha.
Illum il-ġurnata l-arti u l-kultura huma l-quċċata tal-espressjoni kreattiva tal-bniedem… esperjenza li naqsmu u ngħixuha lkoll flimkien.
Kien għalhekk li wara sentejn ta’ pandemija, fejn l-artisti batew peress li ma kellhomx attivitajiet fejn setgħu jesponu t-talenti tagħhom, issa jistgħu jieħdu ftit tan-nifs bir-ritorn ta’ numru ta’ attivtajiet kulturali.
L-iskultur Antoine Farrugia huwa wieħed mill-artitsti li se jkun qed jesebixxi l-arti tiegħu f’esebizzjoni li se tkun qed turi trasformazzjoni artistika tal-ġebla Maltija.
Avveniment iehor se jkun l-Valletta Local Food Week li se jsir f’Settembru. Din se tkun l-ewwel darba li se jittella’ dan it-tip ta’ festival f’pajjiżna fejn se jkun hemm ċelebrazzjoni ta’ ikel lokali b’varjetà ta’ ingredejenti u riċetti li wieħed isib lokalment.
Imbagħad fil-bidu ta’ Ottubru se jittella’ kunċert mit-tenur internazzjonali Jose Cura fejn il-vuċi rikka u l-preżenza tiegħu fuq il-palk jagħmluh wieħed mill-iktar artisti mfitxxija mad-dinja kollha.
Kunċett ieħor innottiv huwa l-proġett bl-isem ta’ Alto Fest. Imbagħad lejn l-aħħar tas-sena l-attivitajiet jibdlu xi ftit ix-xejra tagħhom hekk kif ikunu iktar relatati mal-festi tal-Milied.
Dawn l-attivitajiet kollha għandhom joffru pjattaforma wiesgħa lil numru ta’ artisti sabiex jesponu x-xogħol tagħhom kif ukoll esperjenza sabiħa għall-poplu Malti biex jiltaqgħu ma’ dawn l-artisti u jaraw l-arti mill-isbaħ li qed joffru.
//= $special ?>