Is-sħana feroċi u n-nixfa li qed tiddomina l-Ewropa bħalissa mistennija tkompli tippersisti għall-jiem li ġejjin. Għalkemm f’pajjiżna bħal donnu ftit li xejn qed nintlaqtu minn dan it-temp estrem – u kważi kważi, huwa sajf normali għalina l-Maltin.
Fi Franza u fl-Ingilterra inħarġu twissijiet minħabba t-temp sħun, filwaqt li fi Spanja it-temperatura telgħet għal massimu ta’ 43 grad.
In-nixfa wasslet ukoll biex komplew jinfirxu nirien kbar f’diversi partijiet tal-Ewropa, partikolarment fi Franza, il-Portugall, Spanja u l-Greċja. Dan wassal biex eluf kellhom jiġu evakwati.
Rapporti indikaw li fir-regjun Spanjol ta’ Zamora mietu żewġ persuni kaġun tan-nirien. Fil-Portugall, koppja tilfet ħajjitha waqt li provat taħrab mill-periklu ta’ nar li żviluppa f’waħda mill-foresti.
Fir-Renju Unit, matul il-jum ġiet reġistrata temperatura rekord li għall-ewwel darba fl-istorja qabżet l-40 grad. Dan wassal biex l-awtoritajiet ħarġu Red Warning, u numru ta’ vjaġġi fuq in-network tal-ferroviji kellhom jiġu sospiżi – b’effett dirett fuq dawk kollha li kienu pjanaw li jaqbdu t-train.
//= $special ?>