Kemi Badenoch saret l-aħħar kandidata li sfat eliminata mit-tellieqa għal min għandu jmexxi lill-Partit Konservattiv fil-Gvern wara r-riżenja, jiem ilu, tal-Prim Ministru (u Kap Konservattiv) Boris Johnson.
Intant, it-tliet sfidanti li fadal għat-tmexxija tat-Tories huma l-eks Ministru tal-Finanzi Rishi Sunak, Penny Mardaunt u Liz Truss, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Fl-istess ħin, għada irid jittieħed vot ieħor li jiddeċiedi min minn fost Sunak, Mardaunt u Truss se jikkuntestaw il-vot finali għall-konferma tal-Kap ġdid tat-Tories.
Ladarba jkunu magħrufin l-aħħar tnejn, ikun imiss lill-membri tal-Partit Konservattiv li jagħżlu lill-Kap ġdid.
Dan wara li l-aħħar żewġ sfidanti jkunu mexxew il-kampanji rispettivi biex jikkonvinċu lill-membri tal-Partit tat-Tories li huma denji biex imexxu lill-partit — u fl-istess ħin il-pajjiż li llum qed jiffaċċja l-isfidi sinifikanti.
Il-kampanji tal-kandidati rivali għandhom idumu tul is-sajf — bir-riżultat finali ta’ din it-tellieqa jitħabbar fil-5 ta’ Settembru.
//= $special ?>