Fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex. dalgħodu nstabet l-ewwel bejta tal-fkieren għal din is-sena.
Fuq Facebook, il-Wild Life Rescue Team ħabbar li membri minn Nature Trust Malta u uffiċjali mill-ERA dalgħodu kienu msejħa fuq il-post sabiex jikkonfermaw din l-aħbar.
Iż-żona u l-bejta fejn hemm il-bajd tal-fekruna ser ikunu mħarsa f’kull ħin fix-xahrejn illi ġejjin minn voluntiera ta’ Nature Trust Malta b’kollaborazzjoni mal-ERA.
//= $special ?>