Sewwieq tal-mutur mill-Pakistan ta’ 28 sena residenti Santa Venera qiegħed isofri ġrieħi ħfief dan wara ntlaqat minn vettura fi Triq Valletta fil-Mosta. L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-9.45pm.
Il-vettura tat-tip Ford kienet misjuqa minn raġel ta’ 58 sena li jgħix ukoll Santa Venera.
Fuq il-post minnufih issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>