Sport Waterpolo

Sliema jirbħu mingħajr diffikultà … rebħa oħra għal Ta’ Xbiex u faċli għal Marsaskala

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT………. 16

BIRŻEBBUĠA FREEPORT….. 5

(4-1), (4-1), (3-3), (5-0)

It-tieni rebħa konsekuttiva għal Sliema Frank Salt waslet mingħajr ħafna tbatija hekk kif ikkontrollaw tul il-logħba. Jerome Gabarretta u David Cutajar kienu neqsin għal Sliema u Birżebbuġa rispettivament.

Ironikament kienu Birżebbuġa li fetħu l-iskor permezz ta’ Giuseppe Mannino sakemm Sliema wieġbu b’erba’ gowls konsekuttivi fl-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ kiber għal 8-2 fit-tieni sessjoni, permezz ta’ gowls minn Liam Galea, doppjetta ta’ Dino Zammitu Jayden Cutajar, b’Julian Farrugia li naqqas id-distakk parzjalment għal 6-2.

Fit-tielet sessjoni, Sliema ppermettew lil Birżebbuġa jgħidu tagħhom fil-logħba anki jekk f’uħud mill-gowls, kellu responsabbiltà l-gowlkiper Nicky Grixti. Sliema kellhom diġà r-rebħa f’idejhom. Fl-aħħar sessjoni, Sliema ssiġillaw ir-rebħa b’ħames gowls oħra mingħajr risposta minn ħames plejers differenti.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), D. Rizzo, M. Meli (1), B. Cachia (2), J. Cutajar (4), M. Mifsud (1), J. Brownrigg (2), J. Gambin, Z. Mizzi, D. Zammit (4), A. Theuma, K. Borg (1)

Birżebbuġa: M. Vassallo, J. Farrugia (1), N. Cassar, B. Grech, C. Mifsud (1), R. Mock, I. Galea, D. Farrugia, S. Bezzina, K. Tanti (1), G. Mannino (1), M. Curmi (1), M. Sladden, D. Incorvaja, G. Sammut

Referees: Pasquale Rogondino, Ronnie Spiteri

TA’ XBIEX AMIGOS…… 14

OTTERS NIVEA…………. 9

(3-2), (2-1), (5-4), (4-2)

Ta’ Xbiex Amigos komplew jersqu lejn il-konferma li jilagħbu fil-play-offs bħala t-tielet tim klassifikat hekk kif kisbu l-ħames rebħa tal-kampjonat. Minkejja t-telfa, wieħed ma jistax ma jirrimarkax il-progress ta’ Otters li għalkemm reġgħu ħarġu fuq in-naħa telliefa, qed joffru sfida aktar denja.

Otters irnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ 2-1 fl-ewwel sessjoni iżda Ta’ Xbiex dawru r-riżultat sa tmiem is-sessjoni. Edward Aquilina kabbar il-vantaġġ għal 5-2 fit-tieni sessjoni, b’Steve Dimech inaqqas id-distakk.

Id-distakk niżel għal gowl fit-tielet sessjoni sakemm Ta’ Xbiex skorjaw erba’ mingħajr risposta b’doppjetti ta’ Zak Cutajar Licari u Jayden Cassar. Il-vantaġġ ta’ 10-5 deher komdu, sakemm Otters skorjaw darbtejn fl-aħħar sekondi tat-tielet sessjoni. Otters baqgħu fil-logħba sal-aħħar minuti hekk kif naqqsu d-distakk għal 11-9 sakemm Ta’ Xbiex għalqu l-logħba.

Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina (4), J. Pace Mizzi (2), E. Meli, S. Engerer, J. Saliba, J. Cassar (5) E. Schembri (1), Z. Cutajar Licari (2), B. Attard Littschwager, J. Chircop, Z. Dzanovic, P. Tabone, T. Fenech

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna (1), L. Grech Carr (3), M. Farrugia, D. Dimech (1), I. Azzopardi, S. Dimech (2), L. Dimech (1), S. Apap, Z. Bartolo, A. Dimech (1), M. Grech, K. Micallef

Referees: Fabio Ricciotti, Massimo Angileri

M’SKALA FISH AND FISH… 20

BARRACUDAS………………… 4

(5-1), (4-0), (8-1), (3-2)

Marsaskala Fish and Fish laħqu momentarjament lil Valletta Izibet fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni. Rebħa li qatt ma kienet f’dubju għat-tim ta’ Arpad Babay hekk kif kisbu tliet punti f’logħba bla storja.

L-Iskalin fetħu b’vantaġġ ta’ ħames gowls bil-veteran David Pace Lupi jiskorja tlieta minnhom. Doppjetti ta’ Gerald Sammut u Jean Claude Cutajar li kien qed jirritorna, kabbru l-vantaġġ ta’ Marsaskala għal 9-1 fit-tieni sessjoni.

Għalkemm kienu aċċertaw mir-rebħa, Marsaskala xxalaw fit-tielet sessjoni. Il-gowls waslu minn tripletta ta’ Mark Carani, doppjetti ta’ Malcolm Manara u Jake Ciantar flimkien ma’ gowl ta’ Raoul Greco. Fl-aħħar sessjoni, Marsaskala komplew jikkontrollaw mingħajr diffikultà.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (2), A. Camenzuli (1), P. Privitera (1), R. Greco (2), G. Galea, K. Navarro, M. Manara (3), D. Pace Lupi (4), G. Sammut (2), J. Ciantar (2), M. Carani (3), A. Muscat

Barracudas: M. Borg, A. Piccione, A. Magri, P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino, S. Aquilina, L. Galea, D. Camilleri, J. Bugeja, A. Mifsud, T.J. Mifsud, C. Bugeja

Referees: Pasquale Rogondino, Peter Balzan

Logħob li jmiss

L-Erbgħa 20 ta’ Lulju

L-Ewwel Diviżjoni: Valletta v Marsaxlokk 6.15pm

Kampjonat Premier: San Ġiljan v Exiles 7.20pm, Neptunes v Sirens 8.25pm