Ekonomija Lokali

“Tal-mistħija €4.49 ftira!”

Fuq Facebook, il-preżentatur John Busuttil ilmenta dwar il-prezz għoli li kellu jħallas għal ftira minn fuq il-vapur tal-Gozo Channel.

“Tal-mistħija tħallas €4.49 għal kull ftira”, b’John Busuttil jippubblika l-kont li ħallas għal żewġ ftajjar u tnejn ilma.

Taħt il-post tiegħu ħafna persuni kkummentaw kif dan mhu xejn għajr serq, filwaqt li oħrajn qalulu biex ma jixtrix minn fuq il-vapur.

“vVeru tal-mistħija, kullimkien sar hekk”, kitbet persuna oħra. B’oħrajn jgħidu – b’mod ironiku – illi l-uniku soluzzjoni hi li ma nixtrux!