Internazzjonali

Aktar minn 1,000 vittma fi Spanja u l-Portugall

Qabżu l-elf il-persuni li mietu fl-aħħar jiem fi Spanja u l-Portugall kaġun tas-sħana feroċi li qed taħkem diversi pajjiżi fl-Ewropa, b’uħud mir-reġjun fil-kontinent tagħna jirreġistraw temperaturi li laħħqu t-43 grad.

Dan wassal biex infirxu nirien kbar f’żoni afforestati, u anke zoni residenzjali. Partikolarment, fir-Renju Unit …bil-Pulizija tal-lokal, sa tard it-Tlieta bil-lejl, kellhom jevakwaw diversi nies. Għalkemm l-Erbgħa, it-temperaturi fl-Ingliterra niżlu xi ftit.

Minn informazzjoni li ingħatat fil-Parlament, kien konfermat li n-nar qered 41 residenza f’Londra, u 14 f’Norflok.

“Kont qiegħda nixxemmex fil-ġnien meta ġiet sħaba sewda lejja. Ħarist il-fuq u rajt li parti minn Wennington kienet qed taqbad. F’temp ta’ siegħa biss in-nar inxtered sad-dar tiegħi. Għalqa biswit id-dar tiegħi qabdet kompletament u l-karozzi kollha nqerdu kollha.”

Fi Brighton, ħafna persuni qed jagħżlu li jqattgħu ġranet il-baħar hekk kif dawn it-temperaturi ftit li xejn jesperjenzawhom. Madanakollu, l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jappellaw biex wieħed jevita li joħroġ barra fl-għeqqel tal-ġurnata meta x-xemx tkun l-iktar qawwija.

“Qed nieħu gost b’din is-sħana. Miniex imdorrija b’dis-sħana qawwija. Jien minn Brighton u hi xi ħaġa sabiħa li tara numru kbir ta’ turisti u nies oħra hawnhekk.”

Anke fil-Grecja, il-Pulizija qed iduru dar dar biex jevakwaw lin-nies fiz-zona ta’ Penteli.

U fi Franza, rappreżentat tal-Istat ta’ Gironde, appellat biex wieħed joqgħod attent minn din is-sħana estrema.

“Sfortunatament, it-tbassir tat-temp għadu qed iwissi dwar temperaturi għoljin mingħajr xita. Għandna bżonn ġranet ta’ xita.”

Intant, numru ta’ esperti internazzjonali qed jinsistu li din is-sħana tremenda hi kaġun tat-tibdil fil-klima, filwaqt li qed iwissu li l-agħar għadu ġej fis-snin li ġejjin jekk ma tittiħidx azzjoni llum qabel għada.