Lokali

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li tkaxkret mill-mewġ

Mara minn San Ġiljan spiċċat tissielet għal ħajjitha wara każ sfortunat fil-bajja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra tal-Erbgħa filgħodu meta l-mara ta’ 83 sena kienet nieżla fil-baħar u kien hawnhekk li daħal xi mewġ bil-konsegwenza li waqgħet, ħabtet mal-blat u belgħet ammont ta’ ilma.

Nies li kienu fiż-żona minnufih marru jiġru jagħtu l-ewwel għajnuna lill-anzjana sabiex ftit tal-ħin wara wasal fil-post tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-anzjana l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.