Internazzjonali

Arrestati wara protesta għad-dritt tal-abbort f’Washington

Mill-inqas 17-il membru Demokratiku tal-Kungress Amerikan ġew arrestati wara protesta li saret it-Tlieta favur id-drittijiet tal-abbort li saret viċin il-Qorit Suprema f’Washington.

Huma għalqu triq partikolari u bdew jgħajtu “hands off our bodies” sakemm ġew il-Pulizija u arrestawhom.

Din il-protesta saret wara li xahar ilu kienet ittieħdet deċiżjoni li d-dritt għall-abbort isir illegali. Id-dritt għall-abbort kien ilu legali għal kważi ħamsin sena.