Sport Sport Ieħor

Hugo Houle jirbaħ is-16-il stadju tat-Tour de France

Meta ninsabu erba’ stadji ‘l bogħod mit-Tour de France, is-16 il-stadju bejn Carcassonne u Foux fuq medda ta’ 178.5 kilometri intrebaħ mill-Kanadiż Hugo Houle ta’ Israel Premier Tech li għamel id-distanza f’ 4 sigħat 23 minuta u 47 sekonda.

Vantaġġ ta’ minuta 1 u għaxar sekondi fuq il-Franċiż ta’ Groupama Valentin Madouas u l-Kandiż Michael Woods ta’ Israel Premier Tech.

Fil-klassifika ġenerali b’total ta’ 64 siegħa 28 minuta 9 sekondi baqa’ fl-ewwel post id-Daniż Jonas Vingegaard ta’ Jumbo Visma li fetaħ vantaġġ ta’ 2 minuti u 22 skonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ Team Emirates u 2 minuti 43 sekonda fuq il-Britanniku Gerain Thomas ta’ Ineos Granadiers.

L-istadju li jmiss huwa bejn Saint Gaudens u Peyregudes.