F’Lodz fil-Polonja l-ewwel ġranet ta’ kompetizzjoni tas-sitt edizzjoni tal-Logħob tal-Universitajiet tal-Ewropa. Wara li fl-2020 il-Logħob li kellu jsir f’Belgrad kien ikkanċellat minħabba l-Covid f’din l-edizzjoni qed jieħdu sehem 6000 parteċipant bejn atleti u ufficjal minn 40 pajjiż fl-Ewropa li jirrappreżentaw aktar minn 400 Universita’.
Iċ-ċerimonja tal-Ftuħ saret fl-Atlas Arena f’Lodz fejn f’ambjent kulurit bit-tema ta’ solidarjeta’ u parteċipazzjoni f’komunita’ universitarja Ewropea l-attenzjoni fuq aktar minn 300 parteċipant mill-Ukrajna li minkejja l-gwerra li għaddejja kien possibbli li jgħaddu mill-fruntiera mal-Polonja.
Il-Logħob kien iddikjarat miftuħ mir-Rettur tal-Universita’ tat-Teknologija ta’ Lodz , Prof. Krzyszkov Jożwik u mill-President tal-European Universities Sports Association Adam Roczek.
F’din l-edizzjoni fil-programm hemm 19-il dixxiplina kif wkoll table tennis għal para-atleti.
L-edizzjonijiet li jmiss huma fl-2024 f’Debrechen u Miskolc fl-Ungerija u fl-2026 f’Salerno, Italja.
//= $special ?>