Il-kantant popolari Justin Bieber jirritorna lura fuq il-palk b’sensiela ta’ kunċerti fl-Ewropa. Dan wara li fl-10 ta’ Ġunju, Bieber kien żvela li kien qed isofri minn paraliżi f’wiċċu u għalhekk kellu jipposponi il-kuncerti li kellu tul il-kumplament tal-ġimgħa.
F’filmat imtella fuq Instagram, iż-żagħżugħ ta’ 28 sena qal li l-paraliżi f’wiċċu ġejja minn kundizzjoni hekk imsejjħa Ramsay Hunt syndrome.
Din il-kundizzjoni hija kkaġunata minn virus li jaffetwa n-nervituri kemm tal-widnejn kif ukoll tal-wiċċ u għalhekk ikkawżatlu uġigħ fil-muskuli fin-naħa tal-lemin ta’ wiċċu.
//= $special ?>