Gowl fil-bidu tal-ħin barrani skorjat minn Georgia Stanway kien biżżejjed għall-Ingilterra biex għelbet lil Spanja u saret l-ewwel tim fis-semi finali. Partita li mmaturat matul it-tieni taqsima.
Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima minkejja li Spanja kellha ftit aktar pussess bir-riżultatli Mary Earps u Sandra Panos Garcia Villamil b’xi mod żammew l-iskor intatt.
Spanja fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva tant li fl-54 minuta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Athenea del Castillo Beivide kienet ESTHER GONZALEZ li għelbet lil Mary Earps.
Reazzjoni mill-Ingilterra li iżda kien biss fl’84 minuta li kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Alessia Russo kienet ELLA TOONE li għelbet lil Villamil għal 1 – 1 bil-partita tmur għal ħin barrani.
Fis-96 minuta kienet GEORGIA STANWAY li minn azzjoni ta’ Keira Walsh għall-ewwel darba fil-partita poġġiet lil Ingilterra fil-vantaġġ u litteralment post fis-semi finali għat tim immexxi minn Sarina Wiegman.
Referee : Stephanie Frappart (Franza)
//= $special ?>